Edukazzjoni
L-MCAST tniedi l-prospett għall-korsijiet part time

Il-Union tal-Għalliema, l-MUT issospendiet l-azzjonijiet industrijali mill-edukaturi fiż-żewġ skejjel primarji tal-gvern f’Raħal Ġdid wara ftehim li laħqet mal-Gvern biex tkun assigurata l-provista tal-ilma fl-iskejjel, Sadanittant, l-MCAST nieda l-prospett tiegħu għall-korsijiet part time b’firxa ta’ aktar minn 300 kors.

L-MCAST nieda l-prospett tal-korsijiet part time għas-sena 2020 b’firxa ta’ suġġetti.

Il-manager tal-MCAST, Stephen Vella qal li t-tliet mija u tmien kors jipprovdu taħriġ li jvarja fost oħrajn minn grooming tal-annimali domestiċi għal korsijiet professjonali fl-iwweldjar, elettronika, manutenzjoni tal-karozzi, avjazzjoni u kostruzzjoni.

Fost il-korsijiet li se jsiru wkoll fil-Kampus ta’ Għawdex, se jkun hemm dak tal-Learning Support Educator. Hemm ukoll seba’ korsijiet ġodda relatati mal-industrija tal-avjazzjoni.

Is-sur Vella qal li hemm ukoll sezzjoni ġdida ta’ korsijiet iddedikata għal ‘Logistics and Supply Chain Management’ u oħrajn dwar oqsma soċjali, ekonomiċi u industrijali tal-pajjiż. Dawn jinkludu: il-ġestjoni ta’ riżorsi tal-ilma, it-teknoloġija u s-sistemi ta’ informazzjoni, l-eżerċizju u x-xjenza tal-isport, u l-kostruzzjoni.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li l-MCAST timxi paripassu mal-ħtiġijiet tal-industrija b’korsijiet li jindirzzaw il-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol waqt li jippromovi l-kunċett ta’ lifelong learning. Qal li l-MCAST qed jagħti aċċess ugwali għal riżorsi edukattivi lill-istudenti tiegħu f’kull età sabiex jittejbu l-prospetti tal-karriera tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar