Lokali
L-MCCF qassmet €11.8 miljun f’għajnuna fl-2018

Matul is-sena li għaddiet il-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund qassmet €11.8 miljun f’għajnuna lil iktar minn 16,000 persuna. Dan ifisser żieda ta’ 54% fuq is-sena ta’ qabel.

Ir-rapport annwali tal-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund wera li s-sena l-oħra l-Fondazzjoni għenet iktar minn 16,000 persuna f’għajnuna li ammontat iżjed minn €11.8 miljun. Dan ifisser żieda ta’ 54% fuq is-sena ta’ qabel. Iċ-Chairman tal-Bord amministrattv, John Camilleri, qal li t-talbiet għall-għajnuna żdiedu imma żdiedet ukoll l-għajnuna mill-poplu Malti fejn inġabru miljun u tlieta u għoxrin elf ewro iżjed mis-sena 2017.

Kompla jgħid li l-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund żiedet l-għajnuna finanzjarja lill-persuni b’diżabbilità u pazjenti li kellhom bżonn kura speċjalizzata, b’iktar minn 72%. L-assistenza għal kimoterapija speċjalizzata u għall-mediċini għal mard kroniku sever, flimkien mal-għajnuna li tingħata lill-pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta u l-qraba tagħhom kienet ta’ €9.7 miljun, żieda ta’ 73% fuq is-sena 2017.

Il-President Marie Louise Coleiro Preca rringrazzjat lil dawk kollha li jsostnu l-impenn tagħhom favur il-valur tas-solidarjetà u li qalet bis-saħħa tagħhom offrew raġġ ta’ tama lil dawk kollha li għaddew jew għaddejjin minn żminijet diffiċli.

Marie Louise Coleiro Preca qalet li bis-saħħa ta’ team kbir ta’ nies, irnexxa l-esperiment li titwaqqaf il-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund. Sostniet li permezz t’hekk saru passi kbar ‘il quddiem u qalet li s-suċċessur tagħha jrid jieħu l-Fondazzjoni fuq il-livell li jmiss li jkun hemm fondi meħtieġa u jitqassmu fejn hemm bżonn. Qalet li f’ħames snin inġabru iżjed minn €25 miljun biex ikunu mgħejjuna nies fil-bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar