Konsumatur
L-MDA b’ilmenti ta’ nies li ngidmu meta xtraw post minn fuq il-pjanta

L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi (MDA) qalet li tinsab imħassba wara li rċeviet għadd ta’ lmenti mingħand persuni li xtraw postijiet residenzjali minn fuq il-pjanta, u ħarġu diżappuntati għax ma ngħatawx dak li ġew imwiegħda.

Fi stqarrija l-MDA qalet li huma bosta dawk li jagħżlu li jixtru post minn fuq il-pjanta, għaliex il-prezz ikun irħas. Fakkret li madanakollu din il-prattika ġġorr ċertu riskji.

L-MDA appellat lill-awtoritajiet biex joħolqu reġistru ta’ żviluppaturi approvati, sabiex il-klijenti jevitaw li jingidmu. Qalet li fin-nuqqas ta’ din il-lista, ix-xerrejja għandhom jieħdu pariri legali u peritali biex ma joħorġux diżappuntati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Aktar