Kostruzzjoni
L-MDA mħassba bis-sitwazzjoni u titlob lill-membri tagħha jżommu pass lura

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi wissiet lill-membri tagħha u lill-imprendituri biex ikunu kawti u responsabbli f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Fi stqarrija, l-MDA qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jirriżenja kienet waħda inevitabbli fl-isfond ta’ dak li qed jiġri politikament.

L-assoċjazzjoni qalet li tittama li l-Partit Laburista jasal għal riżoluzzjoni minnufih f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mexxej ġdid li twassal lura għan-normalità u stabbiltà biex tkompli tibni fuq il-ġid ekonomiku li ħoloq Dr Muscat. Qalet ukoll li l-iżviluppi riċenti qed itappnu r-reputazzjoni tal-pajjiż u dan kollu diġà qed jaffettwa lis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija.

L-MDA qalet li lesta taħdem mal-imsieħba soċjali biex treġġa’ lura l-istandards morali u etiċi filwaqt li wissiet lis-settur tal-kostruzzjoni u l-propjetà biex jimxi b’mod responsabbli u joqogħdu pass lura.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. It-twissija tibqa’ valida sad-9pm.

Politika

Id-Deputat Anton Refalo se jieħu f’idejh id-dekasteru li kellu l-Ministru Camilleri; dak tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumaturi. Dan wara r-riżenja ta’ Justyne Caruana minn Ministru għal-Għawdex, liema…

Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Aktar