Kostruzzjoni
L-MDA tappella għal politika “raġonevoli” dwar l-impjanti tal-konkrit

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) appellat lill-gvern biex jaddotta dik li ddeskriviet bħala politika raġonevoli fir-rigward tal-impjanti li jħalltu l-konkrit.

Mingħajr referenza diretta għar-rapport fit-Times of Malta lbieraħ, dwar impjant tal-konkrit li ngħad li qed jopera illegalment f’Għawdex, l-MDA qalet li dan l-istat ta’ illegalità ma jistax ikun aċċettat bħala n-norma.

Fi stqarrija l-MDA żiedet tgħid li dawn l-impjanti ma jistgħux ikunu f’żoni ta’ żvilupp, allura huma sors ta’ kontroversja, mingħajr ma teżisti politika stabbilita dwarhom.

L-MDA qalet li t-teħid ta’ art għal żvilupp industrijali li joħloq ix-xogħol dejjem kien iġġustifikat minn gvernijiet differenti, u li dawn l-impjanti m’għandhomx ikunu l-eċċezzjoni.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar