Infrastruttura
L-MDA tgħid li trid tagħti sehemha biex fis suq ikun hawn housing affordabbli

L-Assoċjazzjoni tal-Izvilupatturi laqgħet il-proposti tal-Whitepaper dwar il-kera. F’laqgħa mas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, l-MDA qalet li trid tkompli tagħti sehemha biex fis-suq ikun hawn housing affordabbli kemm għall-kiri kif ukoll għax-xiri. Il-President tal-MDA Sandro Chetcuti ppropona li l-Gvern issa għandu jħares biex jinstabu soluzzjonijiet ġusti dwar il-kirjiet ta’ qabel l-1995.

Għall-Assoċjazzjoni tal-Iżvilupatturi, l-MDA, il-whitepaper dwar is-suq tal-kera tilħaq bilanċ tajjeb bejn is-sidien u l-inkwilini.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal “aħna dejjem għedna li din il-whitepaper dejjem toħloq il-bilanċ, li lanqas ixaqleb lejn naħa u lanqas lejn naħa oħra. Il-propsoti tagħna ntlaqgħu jiġifieri ħa nkunu qegħdin naħmu fuqhom biex id-dettalji jkunu kif suppost.

F’laqgħa oħra fis-sensiela li s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qed ikollu ma’ diversi għaqdiet, qal li l-Gvern ikkunsidra l-proposti tal-MDA biex tiżdied il-provista tal-housing affordabbli permezz ta’ sħubija mal-privat. Il-President tal-Assoċjazzjoni Sandro Chetcuti qal li l-Assoċjazzjoni trid li jkun hawn housing affordabbli fl-interess tal-istabilità fis-suq.

“Qed niddiskutu ma’ periti prominenti f’pajjiżna u għandna wkoll studju li qed nagħmluh mal-awdituri biex nimmiraw apposta proġetti li nilħqu dan il-għan illi f’pajjiżna nibqgħu tradizjonalment ikollhom iċ-ċans u l opppoprtunità li jixtru id-dar tagħhom” qal Chetcuti.

Is-sur Chetcuti spjega kif minbarra iż-żieda fil-provista ta’ housing affordabbli kemm għal bejgħ u anki għal kiri, l-assoċjazzjoni qiegħda tipproponi lill-Gvern biex joħroġ b’aktar inċentivi għal dawk li jikru. Huwa propona wkoll li l-Gvern jikkunsidra li jfittex soluzzjoni dwar il-kirjiet baxxi ta’ qabel l-1995, biex dawn ikunu aktar raġonevoli mas-sidien.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Begtash Muka, Albaniż ta’ 27 sena, tressaq il-Qorti akkużat li l-Ħadd filgħodu bejn id-9am u l-9.45am daħal mingħajr permess fil-barracks ta’ Ħal Safi bil-ħsieb li jagħmel reat. Muka kien ilu…

Qorti

Sewwieq ta’ mutur se jingħata iktar minn €20,000 f’kumpens għad-danni li sofra meta kien involut f’inċident tat-traffiku 4 snin ilu. Agostino Schembri kien indarab serjament meta kien qed isuq il-mutur…

Kronaka

Għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar il-Forzi Armati tellgħu katavru ta’ mara mill-baħar. Il-katavru ntlemaħ fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, bil-Pulizija li daħlitilha l-ewwel informazzjoni ftit qabel it-3.30pm. L-ewwel tfittxija għall-katavru bdiet b’ħelikopter…

Qorti

It-tanker M/T Krone, irreġistrat Sierra Leone, ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas is-somma ta’ €138,455.55 għal servizzi marittimi mogħtija mill-kumpanija Maltija Mediterranean Trading Shipping. Il-kumpanija fetħet kawża f’Settembru li għadda biex…

Aktar