Budget2021
L-MDA tilqa’ l-inċentivi mħabbra mill-gvern waqt il-Budget 2021

L-MDA fi stqarrija laqgħet l-inċentivi mħabbra mill-gvern waqt il-Budget 2021 u qalet li tinsab sodisfatta li bosta mill-proposti li ressqet se jiġu indirizzati.

L-assoċjazzjoni qalet li tinsab sodisfatta li se tingħata importanza lill-iżvilupp sostenibbli li se jkun pass ‘il quddiem fis-suq tal-propjetà. Qalet ukoll li d-deċiżjoni li tiġi estiża l-iskema First Time Buyers hija għaqlija.

Min-naħa tagħha, l-MDA qalet li se tkun qed tinvesti aktar biex twassal ukoll għal tkabbir fl-ekonomija.