Budget
L-MDA tilqa’ l-inċentivi li tħabbru fil-pjan tar-riġenerazzjoni ekonomika

Fl-ewwel reazzjoni għall-inċentivi li tħabbru fil-pjan tar-riġenerazzjoni ekonomika, l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi laqgħet il-miżuri fis-suq tal-propjetà.

Qalet li l-proposti li għamlet lill-Gvern ġew milqugħa kollha. Il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti qal li dawn l-inċentivi ser jgħin lis-suq tal-propjetà biex jagħti imbuttatura lill-ekonomija.

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Marthese Portelli qalet li t-tnaqqis tat-taxxa fuq it-trasferimenti tal-propjetà ser jgħin kemm l-iżviluppaturi kif ukoll lil min ser jixtri l-propjetà waqt li fakkret l-industrija tal-kostruzzjoni baqgħet għaddejja waqt il-pandemija mingħajr ma kienet ta’ piz fuq il-kaxxa ta’ Malta.