Kostruzzjoni
L-MDA titlob li tittieħed azzjoni fuq ir-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi.

Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni fl-ispazji pubbliċi.

Minkejja li tifhem id-diffikultajiet kollha relatati mar-rimi ta’ dan it-tip ta’ skart, l-assoċjazzjoni tikkundannah meta jsir b’mod illegali.

Għalhekk, l-MDA qed tappella lill-Gvern u l-awtoritajiet kollha kkonċernati biex tittieħed azzjoni f’waqtha kontra min jinqabad jarmi illegalment.

Qalet ukoll li min jinqabad għandu jaffaċċja l-konsegwenzi drastiċi u jħallas ta’ għemilu fosthom li jiġu sospiżi l-liċenzji tal-makkinarji li jintużaw biex jitwettaq dan ir-rimi.

L-MDA qalet li se tkun qed tikkopera wkoll mal-awtoritajiet f’dan ir-rigward.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar