Propjetà
L-MDA titlob lill-Gvern jibdel il-liġi tal-kirjiet ta’ qabel l-1995

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti, appella lill-Gvern biex ibiddel il-liġi tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 għax qal li hemm sentenzi tal-Qrati, anki Ewropej, li ddikjaraw li din il-liġi tmur kontra l-Kostituzzjoni. F’laqgħa ma’ sidien ta’ proprjetajiet residenzjali, is-Sur Chetcuti qal li l-ebda Gvern ma kellu l-kuraġġ ibiddel din il-liġi, li qal tmur kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Is-Sur Chetcuti stqarr, li filwaqt li jifhem li l-Gvern ma setax jibqa’ b’idu f’idu minħabba li hemm nies ibatu miż-żieda fil-prezzijiet tal-kera, għamilha ċara li l-MDA ma taqbilx mal-proposta fil-liġi l-ġdida tal-kera li l-Gvern jintervjeni f’kuntratt privat bejn il-kerrej u l-inkwilin.

Hu lmenta li l-liġi l-ġdida ma tagħmilx distinzjoni bejn proprejatajiet komuni u proprjetajiet lussużi. Is-Sur Chetcuti qal l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex titfa’ dawn il-proprjetajiet f’basket wieħed f’tentattiv biex tikkontrolla s-suq tal-proprjetà.

Is-Sur Chetcuti qal li l-MDA lesta taqbel mal-liġi l-ġdida tal-kera jekk jintlaqgħu emendi li qed tipproponi l-Assoċjazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar