Budget2021
L-MEA tfaħħar il-miżuri tal-gvern iżda qalet tinsab imħassba bil-pandemija u l-eżami tal-Moneyval

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, is-Sur Joseph Farrugia, f’kumment lil TVM qal li minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli li ħolqot il-pandemija, il-gvern ħareġ miżuri pożittivi.

Qal li l-Assoċjazzjoni tinsab imħassba bl-inċertezza ta’ kemm se ttawwal il-pandemija u bl-eżami tal-Moneyval.