L-MEA tilqa’ d-dokument bil-politika dwar l-impjiegi

L-assocjazzjoni ta’ min iħaddem qalet li d-dokument bil-politika dwar l-impjiegi huwa analiżi professjonali tas-suq tax-xogħol u laqgħet b’mod pożittiv l-miżuri biex ikunu indirizzati d-diffikultajiet fis-suq tax-xogħol ħalli tiżdied ir-rata ta’ participazzjoni fis-suq tax-xogħol.

Qalet li dan id-dokument huwa frott tal-konsultazzjonijiet bejn l-imsieħba soċjali.

L-għaqda ta’ min iħaddem stqarret tliet riżervi għad-dokument.

Qalet li trid iżjed diskussjonijijiet fuq il-proposta li togħla l-bolla għal min iħaddem biex tagħmel tajjeb għal paga tal-leave tal-maternità biex din titħallas mill-Gvern.

Qalet ukoll li l-Gvern għandu jara li ma jkomplix iżid l-impjegati mal-Gvern u jara ukoll li s-sistema ta’ benefiċċji soċjali ma tkunx abbużata bil-proposta biex dawn jibqgħu jingħataw għal min ikun ilu sentejn jirreġistra.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli rriżenjat minn Membru Parlamentari. Hija ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn qalet li bid-deċiżjoni tagħha infurmat lill-Ispeaker tal-Kamra. “Il-politika għandha tintuża biss biex jitkattar il-ġid komuni….

Edukazzjoni

In-nuqqas ta’ ilma f’żewġ skejjel tal-gvern f’Raħal Ġdid wasal biex il-union tal-għalliema, l-MUT ħarġet direttiva lill-edukaturi kollha fiż-żewġ skejjel primarji ta’ Raħal Ġdid biex minn għada ma jirrapurtawx għax-xogħol fiż-żewg…

Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Aktar