Politika
L-MEA tipproponi li jonqsu l-Ministri u d-deputati u jogħlew is-salarji

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem qed tipproponi li jonqsu d-deputati fil-Parlament u l-Ministri fil-kabinett, waqt li jingħataw salarji aħjar, kemm lid-deputati Parlamentari kif ukoll lill-Ministru u Segretarji Parlamentari. L-assoċjazzjoni ppreżentat dokument bil-proposti tagħha lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela.

Fih, fost oħrajn, tgħid li l-Parlament għandu jkun ta’ 45 deputat full-time, madwar 20 membri inqas minn kif inhuwa bħalissa. L-Assoċjazzjoni qalet li d-deputati full-time għandhom ikollhom salarju ta’ €55,000. Qed tipproponi wkoll li l-kabinett ikun magħmul biss minn tmien Ministri, bis-Segretarji Parlamentari jitħallsu €65,000 u l-Ministri b’salarju ta’ €85,000 fis-sena. Qalet ukoll li s-salarju tal-Prim Ministru għandu jkun ta’ €110,000 fis-sena.

L-assoċjazzjoni waqt li argumentat favur din ir-riforma, insistiet li l-Membri Parlamentari m’għandhomx ikollhom xogħol ieħor mal-Gvern jew mal-privat. Qalet ukoll li kull ministeru m’għandux ikollu aktar minn tliet impjegati maħtura bħala persuni ta’ fiduċja u li l-kuntratti tagħhom għandhom ikunu pubbliċi. Qed tirrakkomanda wkoll li l-partiti poltiċi jkunu finanzjati mill-istat u li l-partiti ma jkunux jistgħu jiġbru fondi.

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem qalet li dawn ir-riformi għandhom ikunu parti minn pakkett biex terġa’ titrawwem il-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet pubbliċi.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar