Lokali
Il-PM b’appell lill-MEPs Nazzjonalisti: “Lesti naħdmu magħkom”

Waqt li indirizza lil eluf ta’ partitarji f’atmosfera festiva quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun illum waranofsinhar, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel appell lill-Membri Parlamentari Ewropej li se jkunu eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Filwaqt li lill-erba’ MEPs eletti tal-Partit Laburista awguralhom ħidma sfiqa favur Malta u favur l-Ewropa, inidirizza wkoll appell għaż-żewġ MEPs tal-PN.

F’dan il-ħin membri tal-folla nstemgħu jibbuwjaw, iżda l-Prim Ministru waqqafhom u sostna li “dawn Maltin ukoll”. Kien hawn li l-PM qal lill-MEPs eletti f’isem il-PN li l-Partit Laburista lest jaħdem magħhom, u appella biex huma jkunu lesti jaħdmu mal-membri tal-Partit Laburista wkoll.

Qal li f’dan il-mument, forsi ħaddieħor jaħseb li b’riżultat storiku l-Gvern se jibda jara lin-nies dubbien, iżda sostna li minflok, dan huwa l-mument li fih jappella għall-għaqda nazzjonali fost kulħadd. Appella lill-partitarji Laburisti biex f’dan il-mument “noħorġu jdejna lil ħaddiehor mill-ġdid” bħala moviment tal-għaqda.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista kiseb aktar minn 55% tal-voti u maġġoranza ta’ 48,000 vot, u rringrazzja lill-poplu talli reġgħu kienu miegħu.

Dwar il-fatt li l-Partit Laburista tella’ erba’ membri fil-Parlament Ewropew, il-PM qal li dan seħħ bis-saħħa tal-għaqda li l-Partit Laburista żera’, liema għaqda trid tibqa’ l-punt kruċjali tal-Moviment, li fi kliemu huwa “aħna lkoll”.

Stqarr li l-poplu, flimkien, kiteb l-istorja ta’ Malta, għax ma kien hawn l-ebda partit jew moviment li kiseb dak li kiseb il-Partit Laburista lbieraħ.

Ara wkoll:

ARA: L-atmosfera fit-toroq wara r-riżultat

“L-ikbar distakk fl-istorja tal-pajjiż” – il-Prim Ministru

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar