Lokali
L-MFSA bi twissija dwar l-entità AHB Consulting

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (“MFSA”) qed twissi dwar l-entità bl-isem ta’ AHB Consulting. Din  l-entità għandha preżenza fuq l-Internet fis-sit http://www2.ahbconsultancy.com/ u ssostni li għandha preżenza fiżika f’Lyons Range, Triq Bisazza, Sliema, Malta. L-entità ssostni li tipprovdi, fost l-oħrajn, servizzi ta’ formazzjoni ta’ kumpaniji u protezzjoni ta’ assi (trusts u fondazzjonijiet) f’Malta.

L-MFSA qed tinforma lill-pubbliku, f’Malta u barra, li AHB Consulting MHIX kumpanija reġistrata Malta u lanqas mhi liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi servizzi lill-kumpaniji jew servizzi finanzjarji oħra li għalihom hi meħtieġa liċenzja jew awtorizzazzjoni taħt il-liġi Maltija.

L-MFSA tfakkar lill-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji u/jew tal-kumpaniji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji sakemm ma jkunux ċerti li l-entità li magħha qed issir it-transazzjoni hix awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba. L-investituri għandhom ikunu aktar kawti meta jkunu offruti servizzi finanzjarji permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mhux konvenzjonali bħal telefonati jew bil-mezzi soċjali.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA fuq https://www.mfsa.mt/financial-services-register/.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Storja

F’postijiet bħal ħwienet u fuq tal-linja għandna l-obbligu nilbsu l-maskri biex nipproteġġu lil ħaddieħor mill-COVID-19. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, missirijietna wkoll kellhom jilbsu l-maskri, dakinhar kontra l-biża’ ta’ xi attakk bl-użu…

Aktar