COVID-19
L-MIA qed jistenna xahrejn ta’ sfida – 7 linji tal-ajru diġà kkanċellaw 278 titjira

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li sal-lum seba’ linji tal-ajru diġà kkanċellaw 278 titjira mill-Italja u destinazzjonijiet oħra.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport, Alan Borg, qal li l-ewwel sinjali tal-effetti tal-Coronavirus fuq it-traffiku tal-ajru f’Malta ntwerew sa mill-aħħar ġimgħa ta’ Frar.

Żied jgħid li l-ajruport qed jistenna xahrejn ta’ sfida.

Ara wkoll:

Ryanair iwaqqaf aktar titjiriet minn u lejn l-Italja

L-Air Malta twaqqaf it-titjiriet minn u lejn Milan minħabba l-coronavirus