Unjoni Ewropea
L-MPE Mizzi tgħid li d-deċiżjoni dwar il-ħin se toħloq kaos

Il-Parlament Ewropew ilbieraħ ivvota biex il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma jibqgħux idawru l-ħin darbtejn fis-sena, iżda fl-istess waqt iddeċieda wkoll li kull pajjiż se jkun jista’ jagħżel hu liema ħin iżomm; jekk hux dak tas-sajf jew tax-xitwa.

L-MPE Marlene Mizzi vvotat kontra din il-proposta, għaliex temmen li se toħloq kaos. Fi stqarrija Marlene Mizzi qalet li mhix kontra t-tmiem tal-prattika li ndawru s-siegħa darbtejn fis-sena mill-2021, iżda ma taqbilx li kull stat membru għandu jagħżel hu liema ħin iżomm.

Hija żiedet tgħid li, fost oħrajn, kienet ipproponiet li l-Ewropa żżomm il-ħin tas-sajf, kif urew ix-xewqa l-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej wara l-konsulrazzjoni li saret.

Marlene Mizzi qalet li żoni ta’ ħin differenti se jħallu impatt negattiv ħafna fuq it-tħaddim xieraq tas-suq intern, minħabba nuqqas ta’ armonizzazzjoni, tfixkil tal-kummerċ u l-ivvjaġġar, u kumplikazzjonijiet fis-setturi marittimi u tal-avjazzjoni.

Ara wkoll:

Il-Parlament Ewropew jivvota dwar il-ħin tas-sajf u tax-xitwa

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mumenti ta’ ġabra spikkaw fiċ-Ċimiterju Militari f’Tal-Pietà waqt it-tifkira għall-eluf ta’ suldati Awstraljani u minn New Zealand li tilfu ħajjiethom biex jiddefendu l-ħelsien fil-battalja ta’ Gallipoli fl-Ewwel Gwerra Dinjija li…

Lokali

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Psikoloġija, għall-ewwel darba d-dipartiment tal-psikoloġija fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa fakkar il-Jum Dinji tal-Psikoloġija biex jikber l-għarfien dwar is-servizzi li qed joffri lill-komunità. Is-sena li għaddiet, iżjed minn…

Lokali

Mas-6,000 ħaddiem se jingħataw kumpens għall-anomaliji u inġustizzji li sofrew matul iż-żmien. Il-Ministri Edward Scicluna u Michael Falzon qalu li dawn il-ħaddiema ser jingħataw bejniethom €11-il miljun fi skema li…

Lokali

Il-familji residenti fil-bini li ġġarraf il-lejl li għadda fi Gwardamanġa u l-ġirien tagħhom jinsabu ttrawmattizzati, li minħabba dak li ġara spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom. Huma esprimew rabja kbira għaliex qalu…

Aktar