Unjoni Ewropea
L-MPE Roberta Metsola eletta l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ġiet eletta bħala l-Ewwel Viċi-President tal-Parlament Ewropew.

Wara l-elezzjoni, Roberta Metsola qalet li se tkompli tkun vuċi b’saħħitha għaċ-ċittadini Ewropej u għal Malta u se tkompli taħdem biex tibni pontijiet bejn il-gruppi politiċi.

Żiedet li flimkien mal-President Sassoli u l-Viċi Presidenti l-oħra, se tkompli tagħmel il-parti tagħha biex tiżgura li l-Parlament Ewropew jibqa’ rabta b’saħħitha bejn iċ-ċittadini u l-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Dr Metsola kienet l-uniku parlamentari ewropew nominata għall-kariga, bil-kandidatura tagħha tressqet mill-grupp tagħha, il-Partit Popolari Ewropew. Hija l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew minn Malta li laħqet Viċi-President.

Roberta Metsola ġiet eletta għall-ewwel darba fil-Parlament Ewropew fl-2013.