Lokali
L-MTA tiċħad li qed tħejji “attivitajiet tal-massa ta’ skala kbira”

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA ċaħdet b’mod kategoriku li fil-preżent qiegħda tippjana li ttella’ xi attivitajiet tal-massa fuq skala kbira.

Fi stqarrija, l-MTA għamlet referenza għal dak rapportat fi stqarrija tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija u sostniet li waqt li qiegħda taħdem sabiex is-settur turistiku jerġa’ jinfetaħ b’mod gradwali, l-Awtorità temmen li dan m’għandux isir b’detriment għas-saħħa u s-sigurtà tal-poplu Malti, tal-ħaddiema fis-settur u t-turisti li ser jżuru lill-gżejjer Maltin.

L-MTA temmet tgħid li l-pjan ta’ rkupru għat-turiżmu qiegħed jiġi ppreżentat b’mod responsabbli u jagħmel enfasi kbira fuq turiżmu sostenibbli.