Saħħa
L-MUMN b’azzjoni industrijali kontra Steward Healthcare f’Għawdex

L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li se tieħu azzjoni industrijali kontra Steward Healthcare minħabba li l-kumpanija trid timpjega infermiera barranin fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan meta hemm infermiera Għawdxin li jaħdmu f’Malta li qegħdin jistennew biex jiġu trasferiti fl-isptar t’Għawdex.

Fi stqarrija, l-MUMN saħqet li ma tistax taċċetta li Steward Healthcare ma żżommx mal-ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, Steward stess u l-MUMN.

Kompliet tgħid li tistenna li Steward Healthcare timxi mal-aspett soċjali t’Għawdex, hekk kif bosta Għawdxin ma jkollhomx għażla ħlief li jħallu darhom u jaħdmu jew jistudjaw f’Malta. L-unjin sostniet li huwa insult li l-kumpanija timpjega infermiera barranin biex jaħdmu fl-isptar t’Għawdex. Saħqet li dan l-aġir juri nuqqas ta’ rispett lejn l-Għawdxin kollha u juri kemm Steward ma jinteressahiex mill-familji Għawdxin.

Spjegat li teżisti lista uffiċjali bl-infermiera Għawdxin sabiex dawn ikunu jafu meta jmisshom jiġu trasferiti lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Skont l-unjin din il-lista dejjem kienet aċċessibbli għall-infermiera Għawdxin, iżda Steward kisret din il-prattika billi injorat il-lista u impjegat lil ħaddiema barranin.

Intant l-MUMN qalet li kien kollu għalxejn li kkuntattjat lil Steward Healthcare fuq il-kwistjoni u għalhelk se jinħarġu diversi direttivi fis-swali kollha tal-isptar t’Għawdex, li se jaffettwaw lill-isptar kollu, kif ukoll lil-lukanda Downtown fejn qegħdin jinżammu pazjenti anzjani minflok fir-residenza San Ġużepp fejn għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, is-servizzi relatati mal-Coronavirus mhumiex se jitkomplew.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar