Saħħa
L-MUMN b’direttivi għall-fiżjoterapisti fl-isptar San Luqa

Fiżjoterapisti fl-isptar San Luqa mhux se jaraw pazjenti ġodda, b’direttivi tal-union tal-infermiera l-MUMN. Fi stqarrija tal-Union intqal li Steward Health Care, naqqset milli tipprovdi l-investiment imwiegħed f’dan id-Dipartiment.

L-MUMN qalet li għalkemm din hija l-unika faċilità li tipprovdi servizzi ta’ rijabilitazzjoni u fiżjoterapija lill-pazjenti, baqa’ ma sarx investiment fiha mindu Steward Health Care ħadu t-tmexxija f’idejhom. Il-fiżjoterapisti ġew ordnati wkoll ma jassistux kliniċi ta’ fiżjoterapija barra San Luqa, u twaqqfu l-klassijiet ta’ eżerċizzji għall-pazjenti li għamlu amputazzjoni. Il-fiżjoterapisti se jaraw biss pazjenti riferuti mis-swali f’Mater Dei u dawk riferuti għall-unit ta’ rijabilitazzjoni magħruf bħala n-Neuro Rehab Unit.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Heritage Malta flimkien mal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, ġabu lura Malta pittura prestiġġjuża ta’ Mattia Preti li sal-aħħar tas-seklu 19 kienet fil-Palazz tal-Granmastru l-Belt u mbagħad spiċċat f’kollezzjoni privata l-Istati Uniti….

Qorti

Ingliż ta’ 43 sena, Neil Andrew Bebbington li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex ingħata sentenza ta’ probation wara li ammetta li fl-2018 kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina u kannabis. Huwa kien akkużat…

Qorti

Raġel li sawwat sal-punt li kważi qatel raġel fis-sakra li ħebb għalih barra post tad-divertiment inħeles mill-akkużi fuq bażi li ddefenda ruħu. Shaun Demicoli ġie akkużat li darab gravi lit-Tuneżin…

Lokali

Il-Gvern mistenni jibda l-proċess ta’ għażla ta’ żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej biex jingħaqdu fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pobbliku Ewropew (UPPE), li ser ikunu stazzjonati Malta. L-għażla se ssir permezz ta’ sejħa pubblika bil-għan…

Aktar