Lokali
L-MUMN bi protest ġudizzjarju biex jirrapreżentaw lill-fiżjoterapisti li jaħdmu mal-Gvern

L-MUMN ressqet protest ġudizzjarju kontra l-Gvern għax tgħid li għandu jkollha l-għarfien tradeunjonistiku bħala l-union li rrapreżentaw lill-fiżjoterapisti li jaħdmu mal-Gvern. Skont l-MUMN, minn madwar mitejn fiżjoterpista li jaħdmu mal-Gvern, il-Union tirrapreżenta mija u sebgħin minnhom.

L-avukat Chris Cilia qal li fl-2016 il-Gvern kien diġà rrikonoxxa lill-union bħala l-unika waħda li tirrapreżenta lill-fiżjoterapisti iżda issa l-UĦM qed tipprova tieħu dan id-dritt għax tgħid li hi tirrapreżenta lill-Allied Health Professionals li jinkludu għaxar tipi ta’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa inkluż lill-fiżjoterapisti.

Paul Pace, il-President tal-Union qal li l-fiżjoterapisti għandu jkollhom ftehim kollettiv għalihom u mhux jaqgħu taħt il-kappa tal-Allied Health Professionals deskritta minnu bħala kawlata li timmina d-drittijiet ta’ dawn il-ħaddiema.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ pantomimi bil-Malti qed joffru angolaturi u perspettivi kreattivi b’esperjenzi uniċi għall-udjenzi. TVM tkellem mad-diretturi ta’: “L-Imbuljuta, Pantomima fid-Dlam” u l-pantomima “Ħax-Xjuħ” li hi l-ewwel produzzjoni tax-xorta b’kast u krew…

Lokali

Għall-20 sena konsekuttiva, is-soċjetà Die Cast and Scale Model, qed torganizza l-wirja annwali u magħha qed jingħaqdu għaqdiet oħra bil-wirjiet rispettivi tagħhom. L-iżgħar membru għandu 11-il sena u l-aktar anzjan…

Qorti

Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…

Aktar