COVID-19
L-MUMN tisfida lill-PM jippubblika l-istrateġija biex jillaxka l-miżuri

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) sfidat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija li biha qed jillaxka r-restrizzjonijiet li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-imxija tal-Covid-19.

Fi stqarrija l-MUMN qalet li qed tisfida lill-Prim Ministru għaliex m’għandhiex fiduċja li qed isegwi r-rakkomandazzjonijiet tas-Saħħa Pubblika. Qalet li kull restrizzjoni li tiġi llaxkata teħtieġ minn tal-anqas tliet ġimgħat żmien biex ikun magħruf l-effett tagħha, qabel ma jiġu llaxkati aktar miżuri.

Żiedet tgħid li l-Prim Ministru qed ikun opportunist għad-detriment tal-infermiera, l-qwiebel, il-fiżjoterapisti u ħaddiema oħra tas-saħħa kif ukoll għad-detriment tal-anzjani u tal-persuni vulnerabbli.

Fl-istqarrija l-MUMN qalet li bil-ftuħ tal-ajruport, se jitpoġġew f’risku ħajjet il-ħaddiema fl-isptarijiet u l-anzjani. Sostniet li minflok ma’ l-Prim Ministru qed jinkoraġġixxi kawtela, iż-żamma tad-distanza soċjali u miżuri oħra mportanti li jistgħu jipprevjenu żidiet fl-infezzjonijiet tal-Covid-19, qed jippermetti amnestiji lil dawk li kisru r-regoli ta’ kontra l-imxija u jinforma lis-segwaċi tiegħu li l-coronavirus spiċċa. L-MUMN qalet li din hija dikjarazzjoni falza.

L-MUMN appellat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika dwar l-illaxkar tal-miżuri, jirtira l-amnestija li tkellem dwarha lbieraħ u biex jirrispetta lill-anzjani u vulnerabbli billi jħalli l-miżuri ta’ kwarantina u tal-contact tracing għal kull min juża l-ajruport.

Temmet tgħid li mingħajr dawn il-miżuri, il-popolazzjoni Maltija qed titpoġġa f’riskju u dan mhux aċċettabli għall-front liners li qed jirriskjaw ħajjithom sabiex jipproteġu lill-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Id-dokumentarju Pass Pass għal Auscwhitz, li xxandar fuq TVM, għadu kemm ġie aċċettat fost ix-xogħlijiet li se jieħdu sehem fil-festival tal-Vegas Movie Awards, fl-Istati Uniti. Għalkemm dan il-festival huwa pjuttost ġdid…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja. Huwa kien qed jirreaġixxi…

Relazzjonijiet Industrijali

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers avżat li l-għalliema li jaħdmu fil-Clubclass English Language School se joħorġu bi strajk nhar it-Tnejn. Fi stqarrija l-union qalet li ilha…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għar-rapport fit-Times of Malta dwar…

Aktar