Relazzjonijiet Industrijali
L-MUMN u Steward viċin li jilħqu ftehim fuq l-isptar Karen Grech

Il-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, Paul Pace, qal lil TVM li jista’ jkun hemm żblokk ma’ Steward Healthcare biex l-MUMN tkun tista’ tneħħi d-direttivi ta’ azzjonijiet industrijali lill-carers fl-isptar Karen Grech.

Fl-aħħar jiem, diversi qraba ta’ anzjani għamlu kuntatt ma’ TVM biex jilmentaw li minħabba l-azzjonijiet industrijali, il-qraba tagħhom anzjani mhux ikunu trattati sew għax mhux jiġu mgħejjuna biex jinżlu mis-sodda.

Wara ġimgħat ta’ azzjonijiet industrijali mill-carers u infermiera fl-isptar Karen Grech, l-MUMN u Steward Health Care jinsabu viċin li jilħqu ftehim. F’kollegament telefoniku ma’ TVM, il-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, Paul Pace, qal li jittama li l-kwistjoni tirrisolvi kmieni l-ġimgħa d-dieħla.

“Illejla s-CEO, Nadine Delicata, ħarġet ċertu suġġerimenti f’konverżazzjoni telefonika, lesti jżidu l-carers u xi affarijiet fis-sistema, nispera f’Alla li sal-ġimgħa d-dieħla naslu fi qbil sabiex inkunu nistgħu nneħħu d-direttivi,” qal is-Sur Pace.

Fl-aħħar jiem, diversi qraba ta’ pazjenti lmentaw ma’ TVM dwar l-effetti tal-azzjonijiet industrijali fl-Isptar Karen Grech. Anzjana li tkellmet ma’ TVM spjegat kif l-infermiera informawha li jekk żewġha, li għandu l-Parkinsons, jinżel mis-sodda, kien se jkollha ttellgħu lura hi stess.

Il-President tal-MUMN qal li dawn l-azzjonijiet issoktaw minħabba deċiżjoni legali fil-konfront ta’ infermier, li nstab ħati li kkaġuna b’mod involontarju l-mewt ta’ pazjent li faga fl-ikel.

“Id-direttivi ħarġu dan il-professjonisti qed jordnaw il-1 to 1 care, issa 1-1 to care ma’ naħa ta’ Steward mhux qed ikollna u sfortunatament meta jiġri xi ħaġa r-riperkussjonijiet legali qed jaqgħu fuq l-infermiera. Bħalissa l-Avukat Ġenerali qed jiddeċiedi jekk iressaqx il-Qorti żewġ infermiera oħra.”

Mistoqsi min TVM, kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa qal li qed isegwi s-sitwazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

Aktar