Lokali
L-MUT u l-UĦM b’direttivi biex il-membri tagħhom ma jirritornawx għax-xogħol

L-MUT ordnat tilwima industrijali mal-Gvern u ordnat direttivi sabiex fi kliemha tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-membri. Fi stqarrija, l-MUT qalet li ma ġiet involuta bl-ebda mod fid-diskussjonijiet dwar id-deċiżjoni mill-Gvern sabiex numru ta’ gradi li tirrappreżenta jidħlu għax-xogħol minn għada l-Ġimgħa.

Qalet li l-informazzjoni li għandha l-union hi li l-postijiet tax-xogħol m’humiex attrezzati skont il-protokol maħruġ, li wkoll qatt ma ġie diskuss mal-MUT. Spjegat li l-istess protokol jeżiġi diskussjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema u għalhekk dan diġà ġie miksur.
Saħqet li huwa ċar li mhux qed isir risk assessment ġdid tal-postijiet tax-xogħol.

Għaldaqstant l-MUT qalet li mhix lesta li tħalli lil min ser jesponi l-membri rappreżentati minnha għal riskji f‘kuntest fejn in-normalità li tant qed tissemma mhi normalità xejn iżda hi sensiela ta’ restrizzjonijiet li jridu jiġu imwettqa b’mod rigoruż.

Kompliet tgħid li fid-dawl ta’ dan, u b’responsabbiltà lejn is-saħħa u s-sigurtà tal-membri, l-MUT qed tagħti direttivi li japplikaw fl-istituzzjonijiet kollha sabiex il-membri kollha rappreżentati minnha li ntalbu jirritornaw għax-xogħol ma jagħmlux dan u jkomplu jaħdmu minn djarhom kif kienu qed jagħmlu fl-aħħar ġimgħat.

Intant, il-UĦM qalet li d-deċiżjoni li ħa l-Gvern nhar it-Tnejn qed tpoġġi lil persuni vulnerabbli f’sitwazzjoni assurda għax se jkollhom jagħżlu jekk jiħdux ħsieb saħħithom u ħajjithom, jew inkella jekk iridux jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Qalet li dan jikkuntrasta mal-Linji Gwida għal persuni vulnerabbli. Qalet li l-Linji Gwida jagħmluha ċara wkoll li min hu obbligat jaħdem qed jingħata parir sabiex jagħmel dan biss bit-teleworking.

Qalet li bagħtet ittra u rreġistrat tilwima lis-Segretarju Permanent Ewlieni Mario Cutajar, u għamlitha ċara li dan mhux aċċettabbli. Infurmatu wkoll li, sakemm ikun hawn is-serħan tal-moħħ li dawn il-ħaddiema mhux ser jiġu esposti għal dan il-virus, dawn il-ħaddiema se jkunu ordnati sabiex jibqgħu d-dar.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar