Edukazzjoni
AĠĠORNAT: L-MUT b’direttivi għall-counsellors, il-Ministeru jwieġeb

Il-union tal-għalliema MUT ħabbret sett ta’ direttivi li jidħlu fis-seħħ min-nhar it-Tnejn li ġej, u li jolqtu lill-counsellors, career advisers, youth workers, resource workers, u oħrajn.

Fi stqarrija l-MUT qalet li ħarġet dawn id-direttivi, wara li kien ingħata ultimatum lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u lis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika biex itejbu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.

L-MUT qalet li n-nuqqas ta’ rikonoxximent mill-awtoritajiet lejn dawn il-professjonijiet qed iwassal għadd ta’ ħaddiema biex jirriżenjaw, bil-konsegwenza li l-iskejjel qed ibatu minn nuqqas ta’ staff, u għalhekk il-bżonnijiet tal-istudenti mhux qed jiġu indirizzati.

Id-direttivi jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal waqfien ta’ xogħol fuq l-iskema My Journey, l-ebda sottomisjonijiet ta’ rapporti, l-ebda komunikazzjoni mal-management, u l-ebda ħidma fuq każijiet ġodda.

Intant, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li l-MUT baqgħet m’aċċettatx il-proposti li ressaq il-Ministeru biex l-impjegati tas-support services jibbenefikaw minn pakkett finanzjarju aħjar minn dak attwali. Qal li l-impjegati jistgħu jgawdu minn avvanzi fil-karriera f’inqas snin minn kif propost mill-MUT, u jgawdu minn avvanzi fi skali ġodda li sal-lum ma jilħquhomx.

Qal ukoll li jistgħu jgawdu wkoll minn allowance ġdida tal-klassi li tvarja bejn €1,000 u €1,500 fis-sena, u minn allowance oħra għall-iżvilupp li tvarja bejn €625 u €725 fis-sena.

Il-Ministeru żied jgħid li bl-azzjonijiet tal-MUT se jintlaqtu każijiet serji ġodda t’abbuż, suwiċidju, każijiet ta’ natura psikoloġika u emozzjonali u oħrajn, u għalhekk talbet lill-union tikkunsidra mill-ġdid id-direttivi.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar