Edukazzjoni
L-MUT bi proposti biex tindirizza “il-kriżi fil-professjoni tal-edukaturi”

Il-Union tal-Għalliema, MUT, ħarġet proposti biex tkun indirizzata dik li sejħet kriżi fil-professjoni tal-edukaturi. Il-President tal-MUT, Marco Bonnici, qal li din tinkludi nuqqas ta’ għalliema u LSEs, iż-żieda fil-popolazzjoni ta’ studenti, il-bżonn ta’ iżjed servizzi fil-litteriżmu u l-inklużjoni, iż-żieda ta’ 13-il suġġett applikat mis-sena d-dieħla, u r-riformi li jeħtieġu iktar edukaturi biex jitwettqu.

Is-Sur Bonnici qal li l-MUT qed tħeġġeġ biex issir kampanja ta’ għarfien dwar korsijiet li jwasslu għal din il-professjoni, inċentivi għal studenti li jagħżlu korsijiet ta’ edukaturi, inkluż żieda fl-istipendji, li jitneħħa n-numerus clausus f’korsijiet li jwasslu għall-edukaturi u li l-korsijiet isiru anke filgħaxija.

Proposti oħra tal-MUT jinkludu awditjar estern biex ikun stabbilit liema fatturi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol qed iwasslu biex edukaturi jħallu l-professjoni. Trid ukoll li l-għalliema li jkunu laħqu l-età tal-irtirar ikunu inċentivati biex jibqgħu fix-xogħol u l-introduzzjoni ta’ assigurazzjoni għall-edukaturi kollha.

Il-President tal-MUT qal li l-Union qed toffri soluzzjonijiet għall-problemi fis-settur.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar