Ikel
L-MUT b’direttivi fuq il-lista tal-ikel fl-iskejjel, jirreaġixxi l-Ministeru tal-Edukazzjoni

Lejliet il-festini tal-Milied fl-iskejjel kollha tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti, l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, irreġistrat tilwima industrijali mal-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa b’reazzjoni għall-avviż legali dwar il-konsum tal-ikel fl-iskejjel.

Fi stqarrija, l-MUT qalet li fl-aħħar ġimgħat irċeviet tagħrif mingħand il-membri tagħha b’rabta ma’ dan l-avviż legali. Skont l-MUT dan iddaħħal b’mod inaċċettabbli hekk kif ir-regoli ġodda ġew imposti fuq l-edukaturi u qed tgħid li din hija sitwazzjoni li ser toħloq, inġustizzji u anomaliji kbar.

L-MUT qalet li l-avviż legali biddel il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-gradi kollha tal-għalliema fl-iskejjel għaliex permezz tiegħu dawn qed jiġu mistennija jagħmlu xogħol ta’ spettorat dwar il-konsum tal-ikel fl-iskejjel, liema xogħol ma joħroġ mill-ebda ftehim li jirregola l-ħidma tal-gradi tal-għalliema.

Il-Unjin qalet li ma kien hemm ebda konsultazzjoni mal-għalliema dwar dan it-tibdil u għalhekk ordnat lill-għalliema kollha biex ma jikkomunikawx mal-awtoritajiet tas-saħħa, ma jilqgħux viżti u spezzjonijiet fl-iskejjel, ma jieħdux sehem fl-inizjattivi mal-awtoritajiet tas-saħħa, ma jiċċekkjawx ikel ikkunsmat mill-istudenti, jinjoraw il-lista ta’ ikel li għandu jingħata lit-tfal fil-festini tal-Milied, u jekk jirċievu multa jgħadduha lill-Ministeru tal-Edukazzjoni u jinfurmaw lill-MUT.

L-MUT saħqet fl-istqarrija li l-gradi tal-għalliema huma mxebbgħin b’deċiżjonijiet li qed jiġu imposti fuqhom kontinwament minn kull settur u mhix ser taċċetta li kull min iqum filgħodu b’ideat brillanti jagħmel dan għad-detriment tal-gradi tal-għalliema u mingħajr l-ebda konsiderazzjoni.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal fi stqarrija li l-awtoritajiet tas-saħħa u l-edukazzjoni ilhom mill-2015 jieħdu inizjattivi favur is-saħħa tat-tfal u l-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja tajba fl-iskejjel. Intqal li f’Awwissu li għadda nħareġ avviż legali dwar l-ikel li għandu jinbigħ fl-iskejjel ibbażat fuq kriterji tal-Unjoni Ewropea u appoġġjati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. L-Awtoritajiet tal-Edukazzjoni u s-Saħħa fakkru li l-ikel li jipprovdu l-ġenituri lill-uliedhom mhux inkluż fl-avviż legali waqt li nkoraġġixew lill-imsieħba konċernati biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-inizjattivi li jippromwovu s-saħħa tat-tfal.

Ara wkoll:

Daqshekk pastizzi u sausage rolls għall-festini tat-tfal fl-iskejjel

Il-lista tal-ikel għall-festini tat-tfal fl-iskejjel tħejjiet man-nutritionists – daqshekk pastizzi u xorb biz-zokkor

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar