Edukazzjoni
L-MUT b’ultimatum lill-Gvern dwar assikurazzjoni għall-edukaturi

Wara li l-ġimgħa li għaddiet l-Unjin għall-Infirmiera u l-Qwiebel tkellmu dwar il-bżonn ta’ assikurazzjoni għall-infirmiera tagħha, issa l-Unjin għall-Għalliema tat ultimatum lill-Gvern, biex dan jipprovdi assikurazzjoni għall-edukaturi.

Fi stqarrija l-MUT qalet li għal snin twal il-pożizzjoni tal-Gvern kienet li ma jassikurax lil Uffiċjali Pubbliċi. Saħqet iżda li żviluppi riċenti wrew kif il-Gvern biddel il-pożizzjoni tiegħu, u issa qed joffri din l-assikurazzjoni lil impjegati speċifiċi.

L-MUT qalet li minkejja li bagħtet imejls lill-Mnisteru dwar dan, baqgħet mingħajr tweġiba. B’hekk poġġiet tat ultimatum għall-25 ta’ Novembru ta’ din is-sena, bit-tama li l-Ministeru jiftaħ diskussjonijiet dwar il-provvista ta’ assikurazzjoni għall-edukaturi. Saħqet li jekk ma jibdewx dawn id-diskussjonijiet, se tittieħed azzjoni industrijali.

L-Unjin tal-Għaliema qed tagħmel dan wara li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali provda b’assikurazzjoni simili lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u lill-gwardjani tal-Ħabs. Mal-MUMN ukoll, jidher li l-Gvern leħaq qbil għal polza simili, minkejja li din ma mmaterjalizzatx.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar