Edukazzjoni
L-MUT tgħid li mhux se taċċetta intimidazzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni

Il-President tal-Malta Union of Teachers (MUT) Marco Bonnici qal li huma mhu se jaċċettaw ebda intimidazzjoni mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Huwa rrimarka dan meta kien qed jindirizza lill-mezzi tax-xandir wara li ftit tas-sighat ilu l-Ministeru għall-Edukazzjoni fetaħ mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti biex l-MUT ma tirrikorrix għal azzjoni industrijali.

Skont l-MUT s-Sibt li għadda l-Ministeru għall-Edukazzjoni għamel kuntatt ma’ għalliema li xogħlhom hu speċjalizzat f’diversi oqsma tal-edukazzjoni biex mil-lum it-Tnejn jibdew jgħallmu l-klassijiet tal-primarja minħabba li hemm 150 għalliem nieqes mill-primarja.

Bonnici qal li huwa ilu sajf sħiħ jitlob lill-Ministeru għal informazzjoni dwar x’se jiġri mis-sena akkademika, anki minħabba l-protokolli marbuta mal-Covid, iżda nżammu fil-għama.

 

Ara wkoll:

 

Il-Ministru tal-Edukazzjoni tgħid li l-iskejjel tal-Istat se jkollhom l-għalliema li hemm bżonn