COVID-19
L-MUT tgħid li nstabet soluzzjoni għall-għalliema vulnerabbli

Il-Union tal-għalliema MUT qalet li laħqet qbil mal-Ministeru tal-edukazzjoni dwar x’se jiġri mill-edukaturi vulnerabbli meta tibda l-iskola.

Il-President tal-MUT, Marco Bonnici qal lil TVM li minħabba li l-awtoritajiet tas-saħħa din id-darba ma bagħtux ittra lil nies vulnerabbli biex ikunu eżentati mix-xogħol, sar ftehim mal-Ministeru tal-Edukazzjonji, biex kull edukatur li huwa vulnerabbli jista’ jagħmel talba permezz tal-Union, u jsiru arranġamenti għal kull każ, biex l-edukatur ma jkunx f’riskju minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu.

Aħbarijiet Oħra

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Summit ta’ jumejn għall-mexxejja Ewropej li kellu jibda għada se jiġi pospost, wara li uffiċjal tas-siġurtà ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Minħabba f’hekk, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kellu joqgħod fi kwarantina,…

Il-lingwa tas-sinjali Maltija hija t-tielet ilsien uffiċjali f’Malta. Lejliet il-Jum Dinji għal-Lingwa tas-Sinjali, TVM tkellem mal-Professur Marie Alexander li hija l-editriċi tal-uniku dizzjunarju ta’ din il-lingwa, li jiġbor mijiet ta’…

Aktar