Edukazzjoni
L-MUT tipproponi li s-salarji tal-edukaturi ma jibqgħux marbuta mal-iskali tal-Gvern

Il-President tal-MUT Mario Bonnici qal li l-union trid tasal fi ftehim mal-Gvern, biex jonqos id-distakk fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukaturi, fis-sistema edukattiva.

“Bħalissa għandna gap enormi bejn il-primarja, sekondarja u post sekondarji. Għandna agreements li għamilna ma’ post sekondarju u rajna li nista’ naħdmu fuqhom u nagħmlu l-istess għall-primarja u sekondarja u nixtiequ li mmorru lejn dak it-tip ta’ mudell.”

Biex issaħħaħ l-argument tagħha, l-MUT ikkummissjonat stħarriġ mill-istatistiku Dr. Vincent Marmara, li sab li 80% tal-edukaturi jaqblu mal-prinċipji ta’ dan il-proposta.

“Fost in-nies erba’ minn kull ħamsa jaqblu ma’ din il-proposta ir-raġunijiet huma li wieħed qed iħares lejn din il-proposta, bħala mezz kif jtejbu l-kundizzjonijiet, jaħsbu wkoll li din il-proposta tista’ ssolvi il-problema ta’ nuqqas ta’ edukaturi.”

L-Unjin tal-Għalliema qed tipproponi ukoll li s-salarji tal-edukaturi ma jibqgħux marbuta mas-sistema tal-gradi tal-Gvern. Waqt li qal li fl-iskejjel tal-Gvern hemm mal-ħamest elef student ta’ nazzjonalità barranija, saħaq li s-sistema edukattiva trid tagħti każ sfidi ġodda fosthom id-dinamika ta’ kultura u sfond soċjali li fi kliemu nbidlet fl-aħħar ħames snin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar