Edukazzjoni
L-MUT titlob diskjussjoni fuq il-protokolli għall-għeluq tal-iskejjel

Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, qed titlob lill-gvern jibda diskussjonijiet dwar protokolli għall-għeluq tal-iskejjel.

L-MUT qalet li qed tagħmel din is-sejħa fl-isfond tal-għadd kbir ta’ każijiet li qed jiġu konfermati kuljum u r-rata għolja ta’ trasmissjoni tal-virus fil-komunità li qalet qed taffettwa l-iskejjel, l-edukaturi, l-istudenti u l-familji.

Il-union qalet li f’xi mument, xi skejjel ser ikollhom jagħlqu iżda l-kriterji biex isir hekk għadhom mhumiex magħrufa. Tenniet li r-responsabilità għal dan tibqa’ tal-gvern, li kien hu li ddeċieda li jiftaħ l-iskejjel.