Ekonomija u Finanzi
L-NAO jindirizza n-nuqqasijiet fil-kontijiet pubbliċi tad-Dipartimenti tal-Gvern

Fir-Rapport Annwali dwar il-Kontijiet Pubbliċi fid-Dipartiment tal-Gvern għas-sena li għaddiet, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, jagħmel 230 rakkomandazzjoni li jindirizzaw in-nuqqasijiet li ġew identifikati. Jirrakkomanda titjib tas-sistemi ta’ kontroll interni bil-għan li jkunu indirizzati l-oqsma fejn hemm nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, eżamina diversi sorsi ta’ dħul u ħruġ tad-dipartimenti u l-entitajiet tal-gvern biex jara jekk imxew sew skont ir-regolament finanjzarji tal-gvern fost oħrajn.

L-NAO osserva li l-Fondazzjoni Valletta 2018, ma kinetx qed tosserva r-regolamenti tax-xiri. Jgħid li spiss naqset milli żżomm dokumentazzjoni relatata.

L-Awditur qal li ma nstab l-ebda inventarju tal-istokk fl-istores li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika nnota li l-aġenzija reponsabbli mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment għad m’għandiex sistema tal-informazzjoni teknoloġika biex timmaniġġja l-applikazzjonijiet u tiffaċilita l-funzjonijiet tagħha. L-istess ġie osservat għall-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek li l-Awditur qal li mil-lat amministrattiv għandha nuqqas ta’ riżorsi umani.

Innota wkoll li ċ-Ċentri tas-Saħħa mhumiex mgħammra b’mod adegwat għall-iskema tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

Fil-Qrati tal-Ġustizzja ġew innotati nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ kontroll intern b’rabta mal-ġbir ta’ multi. Mir-rapport jirriżulta li l-verifika tal-ispiża kapitali tat-Teatru Manoel iddentifikat nuqqasijiet serji ta’ governanza.

Ġew eżaminati wkoll il-kuntratti bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u għaqdiet mhux governattivi li joffru servizz soċjali fil-komunitajiet. Saret ukoll verifika dwar il-provvediment ta’ sodod mixtrija mill-Ministeru tas-Saħħa għal pazjenti li jeħtieġu kura fit-tul.

Fir-rapport tal-NAO ġie nnutat li sal-aħħar tas-sena li għaddiet, id-dejn tal-Gvern kien ilaħħaq għal 45.8% tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż, jiġifieri 4.5% inqas mis-sena ta’ qabel.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) sfidat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija li biha qed jillaxka r-restrizzjonijiet li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-imxija tal-Covid-19. Fi stqarrija l-MUMN qalet li qed…

Safar

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ mill-ġdid l-ajruport għalkemm tibqa’ żżomm mal-pożizzjoni tagħha li kien ikun aħjar għas-settur turistiku li kieku l-ajruport jiftaħ fil-15 ta’…

COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Aktar