Lokali
L-obeżità fit-tfal tiddomina l-laqgħa informali tal-Ministri tas-Saħħa

Il-Ministri tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea ltaqgħu f’Malta għal-laqgħa informali li matulha ddiskutew diversi temi, fosthom l-obeżità fit-tfal, l-HIV/AIDS, il-mard rari, il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi dwar sistemi ġodda ta’ xiri ta’ mediċini, u t-taħriġ tal-ispeċjalisti fl-Unjoni Ewropea.

Fi tmiem il-laqgħa, il-Ministru Chris Fearne qal li fit-taħditiet l-aktar li ngħatat importanza kienet il-problema tal-obeżità fit-tfal. Irrefera għall-proposta ta’ Malta li l-kuntratti lit-tuck shops fl-iskejjel jingħataw skont kemm l-ikel ikun bnin, mhux għall-irħas offerta, u qal li l-pajjiżi Ewropej laqgħu din il-miżura bħala waħda mill-inizjattivi li jistgħu jbiddlu t-tip ta’ ikel ikkunsmat mit-tfal għal dieta aktar Mediterranja.

Skont il-Ministru Fearne, fid-diskussjonijiet intweriet rieda tajba mill-Ministri tas-Saħħa Ewropej biex jingħaqdu f’reġjuni sabiex ikunu jistgħu jixtru l-mediċini b’sistemi aħjar u irħas.

Il-Kummissarju Ewropew Vytenis Andriukaitis faħħar l-impenn tal-Presidenza Maltija biex tiġi indirizzata l-problema tal-obeżità fit-tfal u qal li l-Kummissjoni Ewropea hija pożittiva dwar il-proposta ta’ Malta dwar kif għandhom jingħataw il-kuntratti lill-kumpaniji jew individwi li jipproponu li jbigħu ikel tajjeb għas-saħħa mhux l-irħas ikel mit-tuck shops fl-iskejjel.

Dan minbarra li l-Kummissjoni Ewropea qed tħajjar aktar liċ-ċittadini Ewropej biex jikkunsmaw ħalib, ħaxix u frott frisk, kif ukoll mistennija tippubblika dalwaqt rapport li evalwa l-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ li wkoll qed ikollu riperkussjonijiet fuq saħħet iċ-ċittadini Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilhom snin twal ikerrħu l-ambjent f’ċerti inħawi, iżda huma meħtieġa biex jitwassal servizz essenzjali: l-elettriku. Qed nirreferu għal arbli fil-kampanja b’cables imdendla magħhom. Li fihom tajjeb hu li jista’ jasal…

Lokali

Il-midja Taljana qed tkompli tirrapporta bi prominenza l-arrest ta’ Darren Debono ta’ 43 sena, li nqabad f’lukanda f’Lampedusa wara li kien imfittex b’rabta ma’ kuntrabandu tal-fjuwil mil-Libja. Debono, li kien…

Lokali

Jonathan Felice intbagħat disa’ snin ħabs wara li tilef l-appell b’rabta ma’ serqa bil-vjolenza li seħħet f’Ġunju 2006, meta huwa kien għad kellu 17-il sena. Dak iż-żmien anzjana ta’ 81…

Lokali

Il-Gvern ħabbar id-dettalji tar-rigal ta’ €1 miljun li se jkun offrut lil min jikxef informazzjoni konkreta li twassal biex ikun solvut il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija l-Gvern qal…

Aktar