L-Obeżità f’pajjiżna swietna mas-36 miljun ewro

Pajjiżna jinsab fost l-iktar pajjiżi Ewropej li jirreġistraw rata għolja ta’ obeżità. Dan iwassal għal-spejjeż indiretti u diretti bħal ma’ huma aktar spejjeż mediċinali, u iktar dewmien fl-isptarijiet meta l-kundizzjoni tal-persuna tkun amalgamata ma’ ħxuna żejda. Statistika maħruġa fl-2016 uriet li l-obeżità f’pajjiżna swietna mas-36 miljun ewro.

David Xuereb, il-president tal-Kamra tal-Kummerċ spjega li r-raġuni għalfejn il-prodotti hekk imsejħa ‘healthy’ huma ogħla minn dawk li mhumiex, hija marbuta mal-fatt li d-domanda għall-prodotti ‘healthy’ hija inqas minn dik għal ikel bħal burgers u pizza. Għalhekk, huma l-konsumaturi stess li jiddettaw il-prezzijiet. Dan iwassal biex bħal f’ċirku vizzjuż, il-prezzijiet jkomplu jżidu t-tendenza li jintgħażlu dawn il-prodotti.  Ftit tax-xhur ilu, bdiet tiġi diskussa l-possibilità li jiġu ntaxxati l-prodotti li fihom iz-zokkor, il-Kamra tal-Kummerċ iddikjarat li ma taqbilx. Waqt ‘Popolin’ Xuereb spjega li d-deċiżjoni tal-Kamra tal-Kummerċ kienet ibbażata fuq x’ġara f’pajjiżi oħra li implimentaw din il-miżura. Jemmen li biex tissolva l-problema tal-obeżità għandhom jiġu investiti iktar fondi fl-edukazzjoni tas-suġġett u mhux jiġu kreati taxxi ġodda. Dan għaliex persuni li ma jkunux jafu l-effett ta’ dawn il-prodotti li fihom iz-zokkor, xorta se jixtrihom. Għalhekk il-pajjiż ma jkunx qiegħed isolvi problema, imma jkun qiegħed jikrea oħra fuq dawk li ma jifilħux jagħmlu tajjeb għal din it-taxxa ġdida.

Minn naħa l-oħra, in-nutrizzjonista Glorianne Busuttil tkellmet fuq kemm hu essenzjali li nieklu kollox, biss f’moderazzjoni. Jekk wieħed ikollu aptit xi ħaġa tajba, m’għandux għalfejn ma jieħu qatt, biss jieħu ftit u mhux ta’ spiss u jinkludi ftit eżerċizzju fir-rutina tiegħu. Busuttil spjegat li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa għandu programm bla ħlas, għal min jixtieq jonqos mill-piż. Spjegat li l-programm huwa offrut online u huwa immirat għal kull età diment lill-persuna ikollha iktar minn tmintax-il sena.

Therese Micallef, psikoterapista u social worker tkellmet fuq l-importanza li persuna tieħu deċiżjoni. Wieħed għandu jieħu d-deċiżjoni li jgħix ħajja sana għall-ġid tiegħu nnifsu u tal-membri tal-familja tiegħu. “Jekk il-poplu jrid jimxi l-quddiem fl-obeżità u naraw in-numru jibdew neżlin, irridu nieħdu din id-deċiżjoni” temmet tgħid Micallef.