Saħħa
L-obeżità wasslet għall-mewt ta’ 369 persuna f’Malta matul is-sena l-oħra

Is-sena li għaddiet kien hemm 369 mewta li jistgħu jiġu attribwiti għall-obeżità f’Malta u Għawdex.

Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba parlamentari lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Il-Ministru Fearne qal din l-istima ta’ mwiet saret skont għodda użata mill-istitut tal-metrika u evalwazzjoni tas-saħħa. Huwa żied li din il-figura ta’ mwiet hija inqas mill-medja Ewropea.

Fi tweġibiet oħra lill-istess deputat, il-Minsitru Fearne tkellem dwar servizzi u trattamenti varji mogħtija minn professjonisti. Semma wkoll programmi oħra bħall-istħarriġ nazzjonali li sar dwar il-konsum tal-ikel.

Fl-2018 u l-2019 inħarġu wkoll linji gwida għad-dieta għat-tfal bejn is-sitt xhur u t-tnax-il sena.