Politika
L-ogħla diplomatiku tal-UE f’Malta biex jiddiskuti l-kwistjoni tal-Libja u l-immigrazzjoni

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-pożizzjoni ta’ Malta fuq il-missjoni Ewropea sabiex jitwaqqaf it-traffikar tal-armi lejn il-Libja, imsejħa IRINI, għadha dik li kienet ftit tal-ġimgħat ilu.

F’laqgħa mar-Rappreżentat Għoli tal-Politika Barranija u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell, il-Prim Ministru ilmenta li għajnuna tanġibbli u konkreta fuq kwistjonijiet tal-immigrazzjoni huma neqsin f’parti kbira tal-Unjoni Ewropea. Qal li l-għajnuna offruta minn uħud mill-pajjiżi għadha ftit ħdejn l-għadd ta’ immigranti.

Hu rrefera għall-kwistjoni li għaddejja bħalissa ta’ grupp ta’ 52 immigrant li qed jistenennew li jitniżżlu l-art. Spjega li dan il-grupp daħal fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta wara li l-Italja rrifjutat li jidħol fil-port tagħha minkejja li kien l-iktar wieħed qrib. Staqsa għaliex issa qed issir pressjoni fuq Malta biex iddaħħal lil dawn l-immigranti. Il-Prim Ministru qal li wieħed fil-mija tal-popolazzjoni totali ta’ Malta huma immigranti u hawn problema ta’ immigranti li qed jorqdu barra l-Belt.

Dr Abela qal l-immigrazzjoni hija kwistjoni sensittiva għal Malta li ma tistax tibqa’ ġġorr il-piż tagħha waħedha. Qal li Malta tibqa’ impenjata aktar minn qatt qabel fil-proġett Ewropew, imma kulma qed titlob huwa solidarjetà tanġibbli u azzjoni konkreta għall-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru qal li żvilupp ekonomiku, paċi u stabilità fil-Libja huma kruċjali. Żied li punt kruċjali għal Malta huwa li ma jibqgħux jintilfu l-ħajjiet f’nofs ta’ baħar. Dr Abela qal li l-Libja fl-aħħar ġimgħat għenet lil Malta b’diversi modi u kellha rwoll kruċjali biex jiġu salvati l-ħajjiet.

Il-Prim Ministru saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel il-parti tagħha u tgħin lill-Gvern Libjan u lil-Libjani, u insista għal mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni li jiġi applikat b’mod awtomatiku.

Il-Prim Ministru qal li s-solidarjetà għandha tiżviluppa f’għajnuna konkreta. Qal li fl-agħar parti tal-pandemija, il-Libja resqet ‘il quddiem biex tgħin lil Malta.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Politika Barranija u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell, qal li għalih Malta hija parti importanti mis-soluzzjoni għal din il-kwistjoni. Huwa għaraf ir-relazzjonijiet tajbin li hemm bejn Malta u l-Libja. Waqt li esprima solidarjetà ma’ Malta, huwa tkellem dwar soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

L-ogħla diplomatiku tal-Unjoni Ewropea qed iżur Malta għal taħditiet mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż rigwad l-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar