Budget
L-ogħla żieda fil-pensjoni, tibdil f’dik tal-korpi dixxiplinati

Il-Gvern ħabbar li se jerġa’ jżid il-pensjonijiet, fejn mill-1 ta Jannar il-pensjonanti se jiżdiedu €7 fil-ġimgħa, li jinkludu wkoll iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.

Il-Ministru Edward Scicluna qal li din hi l-ikbar żieda f’sena waħda fil-pensjonijiet, li l-Gvern żiedhom fl-aħħar ħames snin. It-tieni l-ogħla żieda kienet ingħatat 40 sena ilu.

L-anzjani li għalqu 75 sena, se jibdew jivvjaġġaw ukoll b’xejn fuq tal-linja.

Se titjieb ukoll l-għotja lill-anzjani li jibqgħu jgħixu f’darhom, fejn dawk li għalqu 80 sena se jingħataw €350, minflok €300. Għall-ewwel darba din l-għotja se tingħata wkoll lil dawk li minn buthom qed iħallsu biex jgħixu f’dar tal-anzjani.

Tħabbar ukoll li se jibda jsir aġġustament fil-pensjonijiet tal-membri tal-korpi dixixplinati li jkunu rtiraw wara 25 sena servizz, fejn dawn għandhom l-għażla li jkollhom il-pensjoni kkalkulata mill-ġdid meta jaslu fl-età pensjonabbli.

Tħabbar li se titneħħa d-diskrepenza fiċ-childrens’ allowance tar-romol, bejn dawk li jaħdmu jew ma jaħdmux, fejn dawn kollha se jibdew jirċievu €10 fil-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar