L-OHSA tħeġġeġ lill-pubbliku jirraporta minnufih meta jinnota xogħol perikoluż

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) enfasiżżat il-ħtieġa li tkun infurmata mill-ewwel meta jkun nnutat xogħol li jkun qed isir b’mod perikoluż.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li dan huwa meħtieġ biex tkun tista tittieħed azzjoni mill-iktar fis bl-iskop li jkunu kkontrollati l-perikli għall-ħaddiema u għall-membri tal-pubbliku skont il-ħtieġa.

Meta jsir dan ikun assigurat li jkun jista jsir nfurzar kif suppost mingħajr ma tkun preġudikata l-possibilta ta’ azzjoni legali.

Kuntatt mal-Awtorità jista jsir permezz tat-telefon (21247677) jew permezz ta’ messaġġ elettroniku fuq [email protected].

F’każ ta’ sitwazzjoni fejn il-membri tal-pubbliku jkunu qed jitpoġġew f’riskji mhux aċċettabbli, jista jsir ukoll kuntatt mal-eqreb għassa tal-pulizija.