Lokali
L-Olanda m’għadhiex tqis lil Malta bħala żona ta’ riskju għall-Covid

L-awtoritajiet tal-Olanda ħabbru li Malta m’għadhiex żona ta’ riskju għall-Covid-19.

Fi stqarrija, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li b’hekk l-Olandiżi jistgħu jżuruna mingħajr ma jkollhom bżonn jagħmlu kwarantina.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo laqa’ din l-aħbar għax fost l-oħrajn fisser li s-suq Olandiż huwa kruċjali għal pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Johann Buttigieg qal li l-Awtorità qed tistenna bi ħġarha li pajjiżi oħra jħabbru li aktar persuni jistgħu jżuru gżiritna bla xkiel.

Intant, matul l-aħħar sebat ijiem, il-Ġermanja wkoll stqarret li Malta m’għadhiex żona ta’ riskju għall-Covid-19 u lbieraħ anki d-Danimarka ħabbret li d-Daniżi jistgħu jżuruna mingħajr ma jkollhom bżonn jagħmlu kwarantina.