COVID-19
L-O’Levels mhumiex se jsiru – L-A’Levels posposti

L-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, din is-sena mhumiex se jsiru.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet, waqt li qal li biex tasal għar-riżultat, il-MATSEC se tara l-marki tal-istudenti, il-karti tal-eżamijiet ikkoreġuti, u l-marking schemes li ntużaw. Dan biex is-sistema tkun ‘korretta’ kemm jista’ jkun.

Abbażi ta’ dawn, il-MATSEC se joħroġ ċertifikat li juri jekk student li jkun ghadda, jkunx ġab Livell 2 jew jekk ġabx Livell 3. Dan ic-certifikat ser iservi sabiex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jidħlu fl-iskejjel post-sekondarji.

L-istudenti se jkollhom l-opportunità li jekk iridu joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC fis-sessjoni ta’ Settembru xorta waħda.

Fejn jidħlu l-eżamijiet tal-Intermediate u A Levels, dawn mhux se jsiru fis-sessjoni li tibda fit-23 ta’ April u dik is-sessjoni qed tiġi posposta għal Settembru ta’ din is-sena. L-istudenti se jirċievu it-timetable u d-dettalji kollha. Re-sit session se ssir f’Diċembru u se jsiru l-provedimenti kollha biex dawn l-istudenti xorta waħda jingħataw l-opportunità li jibdew l-Università, l-MCAST jew istituzzjonijiet oħra fis-sena akkademika li jmiss.

Fejn jidħlu studenti li bħalissa jinsabu għaddejjin bl-istudju tagħhom fl-Università, fl-MCAST jew istituzzjonijiet oħra, se jkun hemm l-arranġamenti neċessarji biex jissoktaw bl-istudji tagħhom.

Dwar l-eżamijiet tal-istudenti Universitarji, ir-rettur tal-Università, Prof Alfred Vella qal li l-Università qed tippjana li jsiru b’mod differenti. Qal li dawn se jsiru mid-djar billi jagħmu l-assignments u jibagħtuhom bis-sistema tal-VLE. Qal li f’każ li jkun hemm eżamijiet bbażati fuq prattika, bħal fil-mediċina, hemm minnhom li għadhom għaddejjin fl-isptar u oħrajn ġew posposti għal Settembru.

It-tagħlim online ser jibqa’ għaddej u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex jissoktaw bit-tagħlim tagħhom.

Ara wkoll:

Skejjel magħluqa sas-sajf – L-istudenti se jirritornaw fl-iskejjel is-sena skolastika li jmiss

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Aktar