Ambjent
L-Ombudsman jilqa’ t-talba tal-PN u jibda jinvestiga x-xogħlijiet illegali f’Kemmuna

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tal-Oppożizzjoni biex jibda jinvestiga xogħlijiet illegali li qegħdin isiru f’Kemmuna. Fi stqarrija, il-Kelliem għall-Ambjent, Robert Cutajar, qal li l-Oppożizzjoni qed tibgħat messaġġ ċar li mhix se taċċetta aktar ħsara fuq l-ambjent.

Żied jgħid li l-Gvern minflok iħares l-ambjent qed ikun protagonist fil-ħsara ambjentali. Is-Sur Cutajar qal li l-Oppożizzjoni talbet lill-Ombudsman biex jinvestiga numjru ta’ ħsarat ambjentali li għandhom valur ambjentali, fosthom xogħlijiet li saru f’Ħad-Dingli, fil-Marsa, f’Ħ’Attard, fid-Dwejra Lines fil-Mosta, qrib il-bajja tat-Torri l-Abjad fil-limiti tal-Mellieħa, l-Imrieħel u Pembroke.

Is-Sur Cutajar qal fl-istqarrija li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li anke fil-qasam ambjentali l-poplu istenna li l-pajjiż jibda paġna ġdida.