Partit Nazzjonalista
“L-Ombudsman laqa’ t-talba tal-PN u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma” – PN, il-PL jirreaġixxi

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Michael Briguglio u Michael Mercieca qalu li l-familji qegħdin jinsterqu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u qed jirċievu dawk il-kontijiet għoljin aktar spiss.

Il-kelliema qalu li l-Partit Nazzjonalista jrid li din l-inġustizzja tispiċċa u għalhekk talab lill-Ombudsman biex jinvestiga dak li l-kelliem qal li huwa serq, li qal li f’xi każi huwa ta’ bejn €40 u €600 fis-sena. Huwa qal li l-ARMS stess fil-Qorti ammettiet li ppruvat tirranġa s-sitwazzjoni tal-kontijiet wara li waslulha għadd kbir ta’ lmenti fuq dan. Il-kelliema qalu li l-kontijiet tad-dawl jerġgħu jogħlew fl-2022 meta jiskadu l-ftehimiet tal-hedging fuq il-gass li hemm bħalissa.

F’reazzjoni l-Partit Laburista qal fi stqarrija qal li l-ikbar rebħa għall-familji Maltin u Għawdxin kienet ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li implimenta Gvern Laburista. Qal li jekk hemm min irid jistħarreġ il-kontijiet l-ewwel li se jsib hu li llum huma 25% orħos minn kemm kienu fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti. Qal li riżultat ta’ dan tħallew iktar minn €90 miljun fi bwiet il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Fuq id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “vot kontra Delia vot kontra t-tesserati”. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ kartelluni li twaħħlu fl-aħħar jiem mal-faċċati tal-każini tal-Partit Nazzjonalista…

Lokali

Malta ħadet isem fit-taħriġ ta’ professjonisti fil-liġi marittima internazzjonali permezz ta’ istitut li jopera mill-Universitaà taħt l-awspiċi tal-Organizazzjoni Marittima Internazzjonali, l-IMO, li hi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda. Fi tletin…

Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Aktar