Barranin
L-omm għandha dritt tagħżel ma treddax

Il-qwiebel tal-Royal College qalu li l-omm għandha d-dritt tiddeċiedi treddax jew le lit-tarbija tagħha.

L-għaqda qalet li, wara li l-ommijiet jingħataw l-informazzjoni, is-sapport u l-pariri kollha, huma għandhom id-dritt jagħżlu kif għandhom jisqu lit-trabi tagħhom jekk hux bil-ħalib naturali jew bil-ħalib tat-trab.

Anke jekk il-ħalib tal-omm huwa l-aqwa li qatt jista’ jingħata lit-trabi, xi kultant, l-omm, għal diversi raġunijiet ma tkunx tista’ tipproduċi jew tisqi lit-tarbija b’ħalib naturali.

Skont in-National Childbirth Trust, bosta nisa jispiċċaw taħt pressjoni sħiħa biex ireddgħu lit-tarbija tagħhom. Huwa għalhekk li l-għaqda tal-qwiebel qalet li wara li jingħata l-għarfien xieraq, l-ommijiet għandhom jitħallew fil-libertà jagħżlu li jħossuhom komdi jagħmlu.

L-għaqda temmen li l-għażla li tagħmel l-omm għandha dejjem tiġi rrispettata għax ħadd ma jkun jaf minn xiex tkun għaddejja jew minn xiex għaddiet l-omm.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel qarraq b’martu meta qalilha li kien marid bil-kanċer. Lucy Witchard minn Leicester qalet li żewġha David Carroll kien qalilha li kien marid bil-kanċer. Hija qalet li dil-gibda serqitilha ħajjitha….

Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry ħabbru li qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom. Bħalissa Meghan Markel u l-Prinċep Harry jinsabu fl-ewwel tour Irjali tagħhom fl-Awstralja. Fi stqarrija, il-Palazz Kensington qal li…

Barranin

L-aġenzija tal-aħbarijiet il-BBC iddeterminat li hemm provi suffiċjenti li twettqu mill-inqas 106 attakki kimiċi fis-Sirja minn Settembru tal-2013 meta l-President Bashar al Assad kien iffirma l-konvenzjoni internazzjonali dwar l-armi bi…

Barranin

Riħ qawwi b’forza ta’ urugan laqat iċ-ċentru u n-naħa ta’ fuq tal-Portugall u ħalla mat-300,000 dar mingħajr provvista tal-elettriku. L-urugan Leslie, kif tlaqqmet din il-maltempata, laqtet il-pajjiż matul is-Sibt bil-lejl,…

Aktar