Saħħa
L-operazzjonijiet lura għan-normal min-nhar it-Tnejn – direttivi tal-Outpatients jibqgħu fis-seħħ

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ.

Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne dwar il-miżuri l-ġodda li se jittieħdu biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19.

Il-MAM qalet li għalkemm ma taqbilx f’kollox, se tirritorna lura għan-normal il-proċeduri tal-operazzjonijiet b’rispett lejn il-pazjenti.

L-Assoċjazzjoni tibqa’ tħeġġeġ lill-gvern biex jinforza r-regoli tal-kwarantina filwaqt li jieħu azzjoni fejn dawn ir-regoli ma jiġux imħarsa, filwaqt li jdaħħal fis-seħħ ir-regoli kollha ppubblikati mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika.

Qalet ukoll li ma tapprovax mill-indħil li qed isir fix-xogħol li qed isir mis-Supretendent għas-Saħħa hekk kif parties ta’ 300 ruħ xorta waħda qed jitħallew isiru.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar