Barranin
L-Oppożizzjoni Laburista Ingliża favur referendum ieħor

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun marbut li jimxi mar-riżultat ta’ vot li se jittieħed fil-konferenza tal-Partit Laburista.

Jeremy Corbyn qal “our preference would be for a general election and we can then negotiate our future relationships with Europe but let’s see what comes out of the conference.”

Min-naħa l-oħra, il-mexxej tal-Unite, Len McCluskey qal li kwalunkwe referendum m’għandux ikollu l-għażla li l-Ingilterra tibqa’ fl-Unjoni Ewropea.