Politika
L-Oppożizzjoni mhix kuntenta bil-mod kif qed isir ir-ristrutturar fl-Air Malta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Oppożizzjoni qed timxi b’kawtela kbira f’dak li qed jiġri bid-deċiżjonijiet li qegħdin jittieħdu fil-linja tal-ajru iżda mhux kuntenta bl-immaniġġjar u l-mod ta’ kif qed isir ir-ristrutturar fl-Air Malta.

F’laqgħa li saret mal-assoċjazzjoni tal-bdoti l-ALPA, Dr Delia qal li l-Gvern mhux qed jagħti l-informazzjoni dwar il-pjan li għandu u li l-informazzjoni qegħda toħroġ minn dak li qed jiġi rrappurtat fil-midja. Qal li l-Gvern qatt ma nvolva lill-Oppożizzjoni biex issir diskussjoni serja mal-mejda qabel ittieħdu d-deċiżjonijiet, dwar fejn irridu li nwasslu l-linja nazzjonali tal-ajru.

Intqal li l-Kumitat Eżekuttiv tal-ALPA kien sorpriż kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-bdoti jitkeċċew meta d-diskussjonijiet kienu għadhom għaddejjin. Intqal ukoll li b’din id-deċiżjoni u bl-ammont reali ta’ bdoti li fadal, l-Air Malta m’għandhiex biex topera t-titjiriet kollha wara l-ftuħ tal-ajruport.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar