Politika
L-Oppożizzjoni se tressaq punti dwar governanza tajba lil Robert Abela

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li l-Oppożizzjoni qed tesiġi li fil-pajjiż ikun hawn kontabbilità, trasparenza, meritokrazija u governanza tajba. F’attività politika fiż-Żejtun, Dr Delia qal li l-Oppożizzjoni se tressaq dawn il-punti lill-Mexxej elett tal-Partit Laburista Robert Abela u se isejjah biex fejn hemm nies li b’għemilhom ma jistgħux jibqgħu jiffurmaw parti mill-Gvern u l-amministrazzjoni tal-pajjiż jitneħħew minn dawn il-karigi.

Dr Delia semma lil Konrad Mizzi li qal ġie implikat f’każijiet ta’ korruzzjoni u f’kuntratti pubbliċi intiżi biex jisirqu lin-nies. Qal li Konrad Mizzi għandu jitkeċċa minnufih minn Robert Abela. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Avukat Ġenerali wkoll għandu jitneħħa wara li skont Dr Delia naqas ripetutament milli jaqdi dmirijietu. Qal li l-Avukat Ġenerali għandu jibda jiġi elett biż-żewġ terzi tal-Parlament.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru l-ġdid għandu jneħħi lill-Kap taċ-Ċivil li qal taħtu l-amministrazzjoni pubblika spiċċat għodda tal-klikka u li ta lilu nnifsu xogħol ieħor ma’ aġenzija tal-Gvern. Qal li qed jistenna li Dr Abela jkeċċi lill-Kummissarju tal-Pulizija u li s-suċċessur tiegħu m’għandux jippermetti indħil politiku fil-Korp.

Dwar it-trasparenza, Dr Delia appella biex il-Prim Ministru l-ġdid jippubblika l-kuntratti tal-power station, tat-tliet sptarijiet li ngħataw lill-interessi privati. Zied jghid li l-Prim Ministru l-ġdid għandu jara li l-karigi eżekuttivi fis-settur pubbliku jintlew ma timtela b’sejħa pubblika u l-proċess ta’ għażla għandu jkun ħieles mill-indħil politiku.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-ħatra ta’ Dr Abela qed issir taħt dell ikrah ghax se jidħol f’uffiċċju li jinsab investigat ghax allega li fih li saret il-kriminalità u l-korruzzjoni u huwa implikat fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Dr Delia qal li Joseph Muscat se jibqa’ mfakkar għan-nuqqas ta’ azzjoni quddiem dan kollu għax sal-aħħar baqa’ jiddefendi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar