Lokali
L-Oppożizzjoni ssejjaħ lill-Gvern biex jitwaqqfu timijiet investigattivi bejn l-awtoritajiet Maltin u pajjiżi oħra Ewropej

L-Oppożizzjoni sejħet lill-Gvern biex jitwaqqfu Joint Investigative Teams bejn l-awtoritajiet Maltin u ta’ pajjiżi oħra Ewropej biex il-każijiet ta’ korruzzjoni f’liveli għolja tiġi miġġielda bis-sħiħ, bis-serjetà u mill-iktar fis.

Fi stqarrija mill-kelliem għall-Ġustizzja Jason Azzopardi ntqal li jekk il-Prim Ministru jibqa’ jirrifjuta li Malta tipparteċipa f’din il-kollaborazzjoni Ewropea ikun ċar li l-Gvern la għandu riedha u lanqas interess li jiġġieled il-korruzzjoni.

Huwa qal dan wara l-Oppożizzjoni tinnota li l-uffiċjal tal-Kunsill tal-Ewropa inkarigat minn Malta kkritika n-nuqqas tal-Gvern li jinvestiga każijiet serji ta’ korruzzjoni li jinvolvi nies fil-Gvern u politiċi fosthom il-każ tal-Panama Papers, Vitals, bejgħ ta’ passaporti.